Pajji?na qed jag?mel su??ess internazzjonali fil-qasam ta' l-IT
Miktub: 6/18/2007 7:02:03 PM
Awtur: Charles MUSCAT

Team ta’ erba’ studenti universitarji Maltin mid-Dipartiment tal-Computer Services and Artificial Intelligence reb?u kompetizzjoni re?jonali tal-Microsoft imsej?a Image Cup. Issa huma se jikkompetu fil-finali li se ssir fil-Korea ta’ Isfel f’Awissu li ?ej. L-istudenti huma Abigail Cauchi, Jennifer Fenech, Karl Fenech u Luana Micallef iltaqg?u ma’ Austin Gatt, il-Ministru g?all-Investiment, Industrija u IT fl-uffi??ju tieg?u fil-Ministeru l-Belt.

Huma kienu akkumpanjati minn Professur John Abela, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Computer Services and Artificial Intelligence. Abigail Cauchi f’isem l-istudenti spjegat il-pro?ett li bih reb?u l-kompetizzjoni re?jonali u li bih se jikkompetu fil-Korea. Il-Ministru Autin Gatt fera? lill-istudenti tas-su??ess tag?hom u sa?aq dwar l-importanza tat-teknolo?ija ta’ l-informazzjoni fil-futur tal-pajji?. Hu qal li dan is-su??ess hu dovut ukoll g?all-ftehim ta’ koperazzjoni li l-Gvern Malti g?andu mal-Microsoft.

Austin Gatt qal li pajji?na jrid jimmira biex ikun l-aqwa anke f’dan is-settur u fakkar li s-sena li g?addiet l-istudenti tal-MCAST ukoll kienu kisbu su??ess u ?ew fit-tieni post f’kompetizzjoni internazzjonali. Il-Ministru Gatt ippre?enta ?ertifikati u tifkira lill-istudenti b?ala rikonoxximent g?as-su??ess tag?hom.

oversized hair clip true indian hair kinky curly real hair extensions brazilian deep wave hairstyles yaki hair weave human hair wigs uk kanekalon fiber hair extensions review invisi tape hair extensions uk lace wigs toddler braided hairstyles with beads hair extension travel case human hair wigs



? 2004-2007 - Media.Link Communications Co. Ltd - www.maltarightnow.com